Raġel gravi wara li waqa’ minn gallarija

Emergency

Raġel ta’ 48 sena weġġa’ gravi meta waqa’ minn gallarija fil-Qrendi.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident li seħħ fi Triq Patri Nikol Magro għall-ħabta tas-6:00pm.
Ir-raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular meta għal xi raġuni ċedew il-balavostri tal-gallarija.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza.