Jaqa’ minn fuq sellum; Iweġġa’ gravi

Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata fil-11:20am meta r-raġel ta’ 69 sena residenti Raħal Ġdid weġġa’ ġo garaxx fi Triq Victor Denaro fl-Imsida.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.