Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ waqa’ minn fuq sellum fin-Naxxar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq Juan B. Azzopardi meta raġel ta’ 66 sena, resident f’Ħal Balzan, waqa’ minn fuq sellum hu u jagħmel xi xogħol f’residenza.
Issejħet l-ambulanza fuq il-post, u r-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.