Raġel weġġa’ gravi wara waqa’ minn fuq mutur. L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, f’Misraħ Turu Colombo l-Gżira.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel, li għandu 55 sena u residenti Tas-Sliema, tilef il-kontrol tal-mutur li kien qed isuq u waqa’ minn fuqu.
Bil-konsegwenza, li l-mutur ħabat ma’ vettura li kienet ipparkjata.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.