​Raġel gravi wara li waqa’ ġo blokka ta’ appartamenti

Raġel weġġa’ b’mod serju wara li waqa’ ġewwa blokka ta’ appartamenti fi Triq Belvedere, il-Gżira.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-12:45pm meta r-raġel, li għandu 67 sena u li huwa residenti s-Siġġiewi, għal xi raguni waqa’ it-taraġ u weġġa’.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Ritratt: Arkivji