Raġel gravi wara li waqa’ 3 sulari f’San Ġiljan

Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ tliet sulari f’San Ġiljan.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ fil-11.30am fi Triq Spinola. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn sabu li Taljan ta’ 37 sena, residenti Ħal Lija, sofra xi ġrieħi wara li waqa’ madwar tliet sulari minħabba li ċeda saqad li kien qed jaħdem fuqu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.