Raġel gravi wara li ntlaqat minn vann fil-Mosta

    mater_dei_112_ambulanza

    Raġel ta’ 63 sena residenti l-Mosta weġġa’ gravi meta ntlaqat minn vann fil-Mosta.

    Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-10.30 am. L-inċident seħħ fi Triq Ponsomby kantuniera ma’ Triq Gużeppi Callus. Il-vann kien qed jinstaq minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Ħamrun.

    Ir-raġel ta’ 63 sena ttieħed l-isptar b’ambulanza.