Raġel gravi wara li ntlaqat minn karozza

Raġel ta’ 29 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Raħal Ġdid.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-6am fi Triq il-Perit Dom Mintoff.

Skont il-Pulizija, r-raġel imwieled in-Niġerja għal xi raġuni intlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 29 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Ritratt: Arkivji