Raġel gravi wara li ntlaqat minn karozza f’San Pawl

Arkivji: Malta Police Force

Read in English.

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.30pm meta raġel ta’ 59 sena mir-Renju Unit safa’ milqut minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 42 sena mill-Ungerija.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 59 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulzija dwar il-inċident għadhom għaddejjin.