Raġel gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Mosta

Raġel indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Mosta.

Fi stqarrija l-Pulizija spejgat li l-inċident seħħ ilbieraħ fis-5.45am fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta. Il-Pulizija sabet li r-raġel bulgaru ta’ 54 sena, intlaqat minn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 68 sena residenti r-Rabat, Għawdex.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 54 sena l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

CMRU