Raġel gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Kalkara

Raġel weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Kalkara.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fit-7.45am fi Triq ix-Xatt. Il-Pulizija tad-Distrett spjegat li raġel ta’ 60 sena residenti Marsaskala safa’ ferut wara li niżel mill-vettura tiegħu iżda għal xi raġuni, din iċaqalqet u laqtitu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma, l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.