​Raġel gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħ’Attard

Stock Image

Raġel ta’ 47 sena weġġa’ gravi meta ntlaqat minn karozza fi Triq il-Belt Valletta, Ħ’Attard.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tat-3:00 pm. Ir-raġel, residenti r-Rabat, ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti r-Rabat.
Ir-raġel ta’ 47 sena ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
Ritratt: Arkivji