​Raġel gravi wara li nqaleb bil-mutur

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ b’mod gravi wara li nqaleb bil-mutur li kien qed isuq.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tat-3:30pm. L-inċident seħħ fi Triq Ġeronimo Abos, l-Iklin.
Skont il-Pulizija, is-sewwieq tal-mutur huwa mill-Pakistan u għandu 32 sena. Huwa joqgħod Ħaż Żabbar.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza.