Raġel gravi wara li nqaleb bil-karozza fis-Siġġiewi

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-karozza fis-Siġġiewi.

Dan ġara lbieraħ għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq San Niklaw.

Meta waslu fuq il-post, sabu l-vettura tar-raġel ta’ 50 sena residenti ż-Żurrieq maqluba. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei.

Hemmhekk irriżulta li l-ġrieħi li għandu huma ta’ natura gravi.