Raġel gravi wara li kien ferut fl-Imsida

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li kien ferut b’dik li l-pulizija ddeskrivew bħala strument li jaqta’ u bil-ponta, minn raġel ieħor f’appartament l-Imsida.

Il-każ seħħ fi Triq is-Snajja, bil-Pulizija tiġi infurmata bil-każ għall-ħabta ta’ nofsillejl neqsin kwart tas-Sibt filgħaxija.

Il-Pulizija tad-distrett kienu l-ewwel fuq il-post u mill-istħarriġ li għamlu sabu li l-vittma huwa raġel ta’ 30 sena mill-Iżvezja u residenti f’Tas-Sliema. Ir-raġel safa’ ferut b’arma li taqta’ u bil-ponta minn raġel ieħor li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa.

Huwa ttieħed lejn l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.