Raġel gravi wara li ħabat bil-mutur il-Kalkara

Miguela Xuereb

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bil-mutur dalgħodu.

L-inċident ġara fi Triq ix-Xatt fis-7am.

Il-ħabta kienet bejn mutur u karozza. Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti l-Kalkara, filwaqt li l-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 64 sena residenti l-Kalkara wkoll.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard irriżulta li għandu ġrieħi gravi.