Raġel gravi wara li ċeda saqaf

Christoph Schwaiger

Niġerjan ta’ 47 sena, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ meta waqa’ saqaf ta’ residenza fi Sqaq Sajjan, f’Tas-Sliema.

Il-Pulizija qalet li lbieraħ, għall-ħabta tal-4.30pm, kienet infurmata bl-inċident fi Sqaq Sajjan.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li r-raġel, li huwa Niġerjan, sofra xi ġrieħi meta ċeda saqaf ta’ residenza waqt li kien qed isir xi xogħol ta’ manutenzjoni.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Il-Pulizija tad-Distrett qed tinvestiga.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.