Raġel gravi wara inċident bil-mutur fin-Naxxar

Read in English.

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur.

Dan ġara lbieraħ għall-ħabta tad-8.40pm fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Ir-raġel ta’ 34 sena residenti Ħaż-Żebbuġ laqat il-bankina u waqa’ minn fuq il-mutur meta kien qed isuq fid-direzzjoni ta’ San Ġiljan.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, u aktar tard irriżulta li għandu ġrieħi gravi.