Raġel gravi wara inċident bejn karozza u 2 muturi fil-Gżira

Ian Noel Pace

Raġel indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.

Fi stqarrija l-Pulzija spjegat li l-inċident seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli għall-ħabta tat-8.15pm. Il-ħabta seħħet fid-direzzjoni lejn San Ġiljan.

Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 63 sena resident Santa Venera u mutur li kien qed jinstaq minn raġel mis-Sirja, ta’ 24 sena resident San Ġwann. Kawża tal-inċident, mutur ieħor li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 36 sena residenti San Ġwann tilef il-kontroll u waqa’ minħabba li ma rax il-mutur l-ieħor fl-art.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu lis-Sirjan l-Isptar Mater Dei. Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post biex inaddfu żejt li nxtered fit-triq.