Ħabta bejn 2 muturi; raġel gravi

pulizija

Raġel ta’ 46 sena weġġa’ gravi meta ħabat bil-mutur tiegħu ma’ mutur ieħor f’Tul il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tal-4:30 pm.
Ir-raġel ta’ 46 sena mill-Imqabba ħabat ma’ sewwieq ta’ mutur ta’ 67 sena mill-Imqabba wkoll.
Ir-raġel ta’ 46 sena ttieħed l-isptar b’ambulanza.
Ritratt: Arkivji