Raġel ta’ 31 sena residenti l-Fgura weġġa’ gravi meta kien involut f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għas-1.10pm. Dan ġara fi Triq Kristu Re.
Il-ħabta kienet bejn karozza u mutur. Il-karozza kienet qed tinstaq minn żagħżugħa ta’ 21 sena residenti Raħal Ġdid. Ir-raġel ta’ 31 sena kien qed isuq mutur.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar b’ambulanza.