Raġel gravi wara ħabta fl-Imġarr

CMRU

Raġel ta’ 70 sena weġġa’ gravi meta kien involut f’ħabta bejn żewġ vetturi fl-Imġarr.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għat-3pm. L-inċident ġara fi Triq l-Imġarr. Ir-raġel resident l-Imġarr kien involut f’ħabta ma’ karozza misjuqa minn mara ta’ 39 sena mill-Għargħur.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.