Raġel gravi wara ħabta fix-Xewkija

Ambulanza-Mater-Dei
Miguela Xuereb

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fix-Xewkija.

Il-ħabta ġrat ftit qabel is-7am fi Triq l-Imġarr.

L-inċident seħħ bejn il-vann misjuq mir-raġel ta’ 44 sena residenti x-Xewkija li ttieħed l-isptar, u vann misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti x-Xewkija wkoll.

Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn aktar tard irriżulta li għandu ġrieħi gravi.