Raġel gravi wara ħabta fil-Gżira

CMRU

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta fil-Gżira.

L-inċident ġara fil-11.30pm fi Triq Xatt il-Gżira.

Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post minnufih, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn Somalu ta’ 31 sena u vettura oħra misjuqa q minn raġel ta’ 43 sena residenti San Ġwann.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-Somalu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.