Raġel gravi wara ħabta f’Bormla

Raġel ta’ 56 sena weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Bormla.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tal-11:00 am. L-inċident seħħ fi Triq l-Immakulata.
Ir-raġel ta’ 56 sena mill-Birgu li kien qed isuq karozza ħabat ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Fgura.
Ir-raġel mill-Birgu ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.