Raġel gravi wara ħabta f’Bir id-Deheb

Ian Noel Pace

Raġel indarab gravi wara li kien involut f’ħabta f’Bir id-Deheb.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-ħabta seħħet fis-2.10pm fi Triq Tal-Barrani fiż-Żejtun. Il-ħabta seħħet bejn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 28 sena residenti Birkirkara u karozza oħra li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħaż-Żabbar.

Ir-raġel minn Birkirkara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.