Raġel gravi wara ħabta b’mutur f’Tas-Sliema

Raġel weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta f’Tas-Sliema.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15pm fi Triq it-Torri. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn sabu li seħħet ħabta bejn żewġ karozzi. Karozza waħda kienet misjuqa minn raġel mill-Italja ta’ 57 sena residenti Marsaskala. Il-mutur kien misjuq minn persuna ta’ 25 sena residenti s-Swieqi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 25 sena l-Isptar Mater Dei. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.