Raġel gravi wara ħabta bil-mutur fix-Xewkija

Read in English.

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta bil-mutur fix-Xewkija.

L-inċident ġara fis-1.15pm fi Triq l-Imġarr.

Il-vittma huwa residenti San Lawrenz u għandu 45 sena. Ir-raġel li kien qed isuq il-karozza għandu 58 sena u huwa residenti ż-Żebbuġ.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.