Raġel gravi wara ħabta bil-mutur

Read in English.

Raġel ta’ 43 sena, weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq. L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq Ta’ Torba, Ħal Lija.

Minn investigazzjonijiet tal-pulizija tad-distrett marrurriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 23 sena, residenti ż-Żejtun u mutur misjuq mir-raġel ta’ 43 sena

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed
b’ambulanza l-isptar. Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.