Raġel gravi wara ħabta fil-bypass ta’ Birkirkara

CMRU

Raġel ta’ 90 sena weġġa’ gravi meta kien involut f’ħabta fil-bypass ta’ Birkirkara fis-6.30am.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li fil-ħabta kienu involuti żewġ vetturi misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti l-Ħamrun u mir-raġel ta’ 90 sena residenti Tas-Sliema. Ir-raġel ta’ 90 sena ttieħed l-isptar b’ambulanza.