Raġel gravi wara ħabta bejn mutur u karozza

Raġel ta’ 29 sena ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Għaxaq.

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta ta’ nofsillejl, il-Pulizija issejjħet fi Triq iż-Żejtun, Ħal Għaxaq fejn sabet persuna feruta.

Minn stħarriġ fuq il-post irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel mill-Filippini ta’ 35 sena, residenti n-Naxxar u mutur misjuq mir-raġel ta’ 29 sena, residenti Santa Luċija.

Ix-xufier tal-mutur kien assistit minn tim mediku u ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel kien iċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejj