Raġel gravi wara ħabta bejn 2 karozzi f’Ħal Luqa

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza oħra f’Ħal Luqa.

L-inċident ġara fil-5.15pm fil-limiti taż-żona industrijali f’Ħal Luqa. Sewwieq Taljan ta’ 31 sena li joqgħod f’Birżebbuġa ħabat bil-karozza tiegħu ma’ karozza misjuqa minn Belti ta’ 43 sena.

Iż-żewġ irġiel ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn irriżulta li l-Belti ħelisha ħafif, iżda t-Taljan qed isofri minn ġrieħi gravi.