Raġel gravi wara ġlieda oħra fi stabbiliment fin-Naxxar

Raġel sofra minn ġrieħi gravi kawża ta’ argument ieħor li seħħ ilbieraħ filgħaxija fi stabbiliment fin-Naxxar. Il-Pulizija qalet dan fi stqarrija fejn spjegat li l-ġlieda seħħet fi stabbiliment fi Triq Tuli l-Kosta fis-6.05pm.

Kien spjegat kif iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena kien involut fi ġlieda ma’ żewġt irġiel oħra li l-identità tagħhom għadha mhux magħrufa. Jidher li waqt l-argument intuża oġġett iebes.

Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

Intant, propju ħames minuti qabel, ukoll fi stabbiliment fi Triq Tul il-Kosta, seħħ argument bejn tmien persuni li ħalla mara bi ġrieħi gravi.