Raġel gravi wara ġlieda f’Tas-Sliema

Raġel weġġa’ gravi wara li kien hemm ġlieda f’Tas-Sliema.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ illum għall-ħabta tat-8.30am fi Triq il-Katidral. Jidher li seħħ argument bejn raġel ta’ 38 sena residenti Birkirkara, u żewġ irġiel oħrajn mill-Gżira, wieħed ta’ 41 sena u ieħor ta’ 23 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 38 sena l-Isptar Mater Dei.