Raġel gravi wara argument

Read in English.

Raġel ta’ 27 sena weġġa’ graci wara li kien involut f’argument f’parkeġġ f’ Tas-Sliema.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li argument bejn żewġ Libjani wassal biex wieħed minnhom jużaw sikkina u jferi lill-ieħor.

L-argument seħħ ilbieraħ għal ħabta tal-11pm, fejn Libjan ta’ 27 sena li joqgħod l-Imsida kellu jittieħed l-isptar Mater Dei wara l-argument.

Mill-investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta li l-argument beda fit-Triq Birkirkara, San Ġwann, meta Libjan kellu argument ma’ Libjan ieħor tal-istess età, li joqgħod Tas-Sliema.

Huma telqu minn San Ġwann, saqu wara xulxin u l-argument kompla f’parkeġġ li jinsab fi Triq it-Torri, Tas-Sliema. Waqt l-argument intużat sikkina u l-Libjan mill-Imsida sofra xi ġrieħi.

Il-persuna feruta ħarbet minn fuq il-post u ttieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin