Raġel gravi wara argument f’Tas-Sliema

Għawwiem mitluf Baħar iċ-Ċagħaq ħelikopter tfittxija pulizija

Argument bejn ħames persuni f’Tas-Sliema ħalla raġel ferut gravi.

L-inċident seħħ ilbieraħ fit-8:30pm fi Triq Ġorġ Borg Olivier.

Skont il-Pulizija, l-argument wassal sabiex tlieta mill-ħames persuni sofrew xi ġrieħi. L-irġiel huma kollha Żvedżi ta’ 32 sena li allegatament ġew aggrediti minn raġel Libjan ta’ 36 sena u persuna oħra li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa.

It-tliet irġiel ittieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Iż-żewġ irġiel l-oħra weġġgħu ħafif.