​Raġel gravi wara argument fis-Swieqi

Raġel jinsab f’qagħda gravi wara li kien involut f’argument fis-Swieqi.
Il-Pulizija qalet li l-argument seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8am fi Triq il-Keffa, wara rapport li kien hemm raġel mixħut mal-art b’xi ġrieħi.
Ir-raġel, x’aktarx ta’ nazzjonalità barranija, kien involut f’argument ma’ xi persuni oħra fejn intlaqat minn arma li taqta’ u bil-ponta.
Mal-ewwel issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lir-raġel Mater Dei.
Bil-każ ġiet infurmata  l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.