Raġel gravi wara argument fil-Mosta

Arkivji

Read in English.

Raġel indarab gravi wara li kien involut f’argument fil-Mosta. Fi stqarrija, il-Pulizija qalet lil-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-9pm  fi Triq Valletta, il-Mosta.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ argument bejn żewġ persuni. Waqt dan l-argument raġel ta’ 46 sena residenti Birkirkara sofra xi ġrieħi.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifakat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.