​Raġel gravi wara argument f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 47 sena ġarrab ġrieħi gravi wara argument ma’ raġel ieħor fi Triq l-Imrejkba f’San Pawl il-Baħar.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-03:30am. Qalet li r-raġel ta’ 47 sena mill-Mosta u raġel ta’ 44 sena residenti l-Għargħur kienu involuti f’argument ma’ xi persuni oħra li minnufih telqu minn fuq il-post.
Skont il-Pulizija, ir-raġel ta’ 47 sena allegatament sofra ġrieħi minn arma li taqta’ u bil-ponta. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzonijiet mill-Għassa tal-Qawra għadhom għaddejjin.