Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi wara li sofra ġrieħi f’argument ma’ raġel ieħor li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa.
Ir-raġel li hu Tork ittieħed l-Isptar Mater dei għal kura medika wara li sofra ġrieħi f’argument fil-Gżira.
Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-0430am, il-Pulizija ġiet infurmat mill-isptar li ddaħħal raġel għal kura bi grieħi gravi.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel waqt li kien fi Triq ix-Xatt,
kellhu argument ma’ raġel li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa.
Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar fejn ġie
ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.