Raġel gravi f’ħabta f’ Tas-Sliema

Read in English.

Raġel ta’ 42 sena weġġa’ gravi wara ħabta ma’ vettura oħra f’ Tas-Sliema.

Ir-raġel li huwa mir-Rumanija ħabat bil-karozza tiegħu ma’ karozza oħra misjuq minn raġel ta’ 21 sena minn Wied il-Għajn.

Bl-impatt, il-karozza tiegħu baqgħet dieħla f’karozza pparkjata.

L-inċident seħħ Triq Depiro tas-Sliema għal ħabta tad-disgħa neqsin kwart.