Raġel għall-ħabs wara li “spija” fil-Korea ta’ Fuq

Il-Korea ta' Fuq tat sentenza priġunerija lil ċittadin Amerikan wara li kien akkużat li spija fil-pajjiż.
Aġenzija tal-aħbarijiet Ċiniża, Xinhua, qed tirrapporta li l-Amerikan, Kim Dong-chul, ingħata 10 snin xogħol iebes.
Qalet li r-raġel hu ċittadin Amerikan li twieled fil-Korea t'Isfel u li kien arrestat f'Ottubru li għadda.
Kim kien qal li hu ċittadin Amerikan newtralizzat li kien jgħix f'Virginia.
Ix-xahar li għadda Kim deher quddiem ġurnalisti fi Pyongyang fejn deher jagħmel konfessjoni u fejn sostna li tħallas mill-Korea t'Isfel biex jispijja.