Raġel għal Kordin talli ġiegħel lil mara tibża’ li se jweġġagħha

Illum raġel ittieħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minkejja li fil-qorti t’Għawdex wieġeb li mhux ħati li kkaġuna lil mara tibża’ li se jweġġagħha.

Il-Pulizija ressqet b’arrest quddiem il-Maġistrat Dr Brigitte Sultana lil raġel ta’ 43 sena li joqgħod ix-Xagħra, Għawdex.

Huwa ġie akkużat li lbieraħ ikkaġuna biża’ ta’ vjolenza fuq mara u għamel ħsara fil-propjetà tal-istess persuna. L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ttieħed il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.