Ġermaniż f’qagħda kritika wara ħabta

Ġermaniż jinsab f’qagħda kritika wara ħabta fi Triq il-Ġnejna fl-Imġarr.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30 ta’ waranofsinhar, fejn minn stħarriġ preliminari tal-pulizija rriżulta li kienet seħħet ħabta head-on bejn żewġ vetturi.
Ir-raġel Ġermaniż għandu 56 sena residenti Tas-Sliema filwaqt li l-karozza l-oħra kienet qed tinstaq minn mara ta’ 34 sena residenti Għajnsielem.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Hu ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.