Aġġornata: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat bi strument li jaqta’ u bil-ponta

Raġel ta’ 62 sena minn tas-Sliema jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat bi strument li jaqta’ u bil-ponta.  

Il-pulizija qalu li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ l-10.30 ta’ filgħaxija wara argument li nqala’ fi Triq Sir Frederick Ponsomby il-Gżira.   Ir-raġel instab mimli dmija fi Triq Fleet, il-Gżira. Il-pulizija qed iżżomm persuna sabiex tgħina fl-investigazzjonijiet tagħha.