Raġel f’qagħda gravi wara argument f’San Ġiljan

Raġel ta’ 28 sena jinsab f’qagħda gravi wara li weġġa’ f’argument ma’ raġel ieħor ilbieraħ filgħaxija f’San Ġiljan. Ir-raġel huwa mis-Somalja u joqgħod il-Fgura.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li kien ir-raġel ferut stess li rrapporta fl-għassa ta’ San Ġiljan fejn deher li sofra xi ġrieħi f’għonqu. Jidher li r-raġel laqqat daqqa ta’ sikkina f’għonqu min raġel ieħor mis-Somalja ta’ 45 sena residenti fiż-Żebbuġ, Għawdex.

Huwa ttieħed b’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.