Raġel fis-sakra jħebb u jhedded pulizija fix-Xlendi

Raġel ta’ 46 sena mill-Munxar tressaq il-Qorti ta’ Għawdex wara li lbieraħ ħebb għal uffiċjal tal-Pulizija fix-Xlendi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-2.45pm, meta Martin Carbonaro, li kien taħt l-effett tal-alkoħol ħebb u hedded lill-pulizija. Kien akkużat ukoll li hu reċediv u li kiser il-paċi pubblika.
Quddiem il-Maġistrat Paul Coppini, Carbonaro wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Ingħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma f’għassa tal-pulizija u li jibda programm biex jegħleb il-vizzju tax-xorb.