Raġel fil-periklu tal-mewt wara li daħal f’siġra

Photo: Archives

Raġel ta’ 44 sena residenti s-Siġġiewi weġġa’ gravi wara li ħabat f’siġra. Huwa kien qed issuq vann.

Il-każ seħħ fl-15:45 fi Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard.

Ir-raġel ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata.