Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ żewġ sulari

Raġel ta’ 65 sena minn Birkirkara jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari waqt li kien f’sit ta’ kostruzzjoni f’Birkirkara stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12.15pm fi Triq Santa Rita.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.