Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ żewġ sulari

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari f’Ħal Luqa waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

L-inċident seħħ fi Triq il-Paroċċa għall-ħabta tal-10am.

Il-Pulizija fi stqarrija qalet li fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.